Il-Ministru Helena Dalli f’laqgħa mal-Kumitat tas-Soċjetà ċivili

Il-Ministru Helena Dalli, ltaqgħet mal-membri tal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili tal-MCESD, fejn ġiet ippreżentata b'rapport miġbur minn dawn l-organizzazzjonijiet li jinkludi proposti dwar kif l-aħjar jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati minn kull settur differenti. 

Ir-rapport ikopri oqsma differenti li huma relevanti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tas-soċjetà.

Il-Ministru Helena Dalli qalet li l-Gvern jemmen fir-rilevanza tal-parteċipazzjoni fl-MCESD u korpi konsultattivi oħrajn.

Dwar ir-rwol tal-NGOs fis-soċjetà tagħna, il-Ministru Dalli qalet li l-NGOs jirrappreżentaw l-interessi u l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Maltin.

Hija qalet li l-Gvern japprezza r-rwol tax-xogħol volontarju u l-persuni li jwettqu dan u mhux l-inqas għaliex dawn jgħinu fl-iżvilupp ta’ kultura ġdida ta' solidarjetà.