Il-Ministru ħa r-responsabilità hu li jipposponi l-bidu ta’ Skolasajf u Klabb 3-16

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Joe Cassar, qal li r-responsabilità li “nipposponu l-bidu ta’ Skolasajf u Klabb 3-16” ħadha hu “meta l-Ħadd filgħaxija fl-aħħar kien hemm ammissjoni tan-nuqqasijiet serji fit-tħejjija li sa dak il-mument kienu nżammu mistura”.
Il-Ministru Bartolo kien qed iwieġeb il-mistoqsija dwar għaliex d-deċiżjoni biex Skolasajf u Klabb 3-16 tħalliet “sal-aħħar mumenti”.
Evarist Bartolo qal li “fil-perjodu preparatorju, il-Ministeru dejjem ġie infurmat li x-xogħol marbut mal-organizzazzjoni ta’ dan is-servizz kien miexi tajjeb anke wara li l-MUT ġibdet  l-attenzjoni għal għadd ta’ nuqqasijiet. Għaldaqstant, il-mira baqgħet li Skolasajf tiftaħ fid-data stabbilita”.