Il-Ministru għat-Turiżmu tagħmel it-test tal-coronavirus; jirriżulta negattiv

julia farrugia portelli
Facebook / Julia Farrugia Portelli

Read in English.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli għamlet it-test għall-coronavirus, iżda dan irriżulta negattiv. Madankollu, hija ntalbet tagħmel kwarantina.

Fuq Facebook il-Ministru spjegat li lbieraħ intalbet tagħmel it-test peress li persuna li attendiet l-istess post fejn kienet hi l-ġimgħa li għaddiet għandha l-virus. Fis-1am il-Prof. Charmaine Gauci infurmatha li t-test tagħha rriżulta fin-negattiv, imma trid tagħmel kwarantina sas-Sibt li ġej.

Farrugia Portelli stqarret, “Min jafni jaf li mhu se nitlef l-ebda laqgħa għax se naħdem virtwalment mid-dar. Bħala Ministru, f’dan il-mument delikat, posti hu qrib dawk fit-turiżmu, inklużi tal-ħaddiema li għandhom l-impjieg tagħhom f’theddida.”

Dalgħodu stess għandha laqgħa dwar it-tfassil għal pakkett ieħor ta’ miżuri għall-industrija tat-turiżmu.

Hija appellat lill-pubbliku dwar l-importanza tal-ħasil tal-idejn u li l-anzjani u t-tfal jibqgħu ġewwa.

Dejjem kont onesta u xtaqt li nikkomunika jien magħkom. Ilbieraħ wara nofsinhar intlabt nagħmel test għall-Coronavirus….

Posted by Julia Farrugia Portelli on Sunday, March 15, 2020

Il-Ministru Farrugia Portelli hija l-ewwel persuna fil-politika li tħabbar li għamlet it-test tal-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn