Il-Ministru għat-Turiżmu jappella għall-prudenza u dixxiplina waqt il-festi

milied valletta

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo għamel appell imqanqal fil-parlament biex kulħadd ikun responsabbli f’dawn il-ġranet tal-festi.

Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ, il-Ministru qal li s-settur tat-Turiżmu kien wieħed mill-aktar milquta mill-pandemija tal-Covid-19.

Madanakollu, hu stqarr li dan mhux iż-żmien li wieħed jitlef id-dixxiplina ħalli l-pajjiż ma jitlifx il-kontroll tal-pandemija.

“Fiż-żmien il-Milied irridu nkunu lkoll kemm aħna responsabbli u dixxiplinati biex ma nitilfux il-kontroll tal-pandemija Covid-19.  Filwaqt li għandna d-direttivi tas-saħħa pubblika importanti li dawn nsegwuhom dejjem u kullimkien. Inkunu fejn inkunu u allura filwaqt li nirringrazzja lill-frontliners u l-ħaddiema kollha,” qal il-Ministru

“Ejja nkunu aħna llkoll kemm aħna responsabbli kemm għalina nfusna kif ukoll għan-nies ta’ madwarna sabiex hekk niżguraw li ma nitilfux il-kontroll u nappella lkoll ngħix il-Milied b’responsabbilità,” temm jgħid il-Ministru.

Messaġġ li jieħu iktar saħħa u relevanza hekk kif jasal mill-Ministru responsabbli mis-settur tal-divertiment.