Il-Ministru għall-Intern jgħid li jirrispetta l-opinjoni ta’ Alfred Sant

“Charade” – Sant dwar il-proċess għal ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija ġdid

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li jirrispetta l-opinjoni tal-eks mexxej Laburista u MEP Alfred Sant li fil-blogg tiegħu fuq il-Malta Independent iddeskriva l-proċess il-ġdid tal-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija bħala charade.

Mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, il-Ministru Camilleri qal li filwaqt li ma jaqbilx ma’ dak li qal Alfred Sant, hu jirrispetta l-opinjoni tiegħu. Huwa qal li s-sistema preċedenti kienet waħda perikoluża u li l-Gvern kien kommess li jagħmel it-tibdiliet neċessarji. Huwa kompla jgħid li fl-istess blogg Sant kiteb li meta kien Prim Ministru prova jagħmel it-tibdiliet meħtieġa iżda dik ir-riforma kienet waqfet ħesrem meta kien waqa’ l-Gvern.