Il-Ministru għall-Intern għandu jerfa’ r-responsabbilità – PN

B’referenza għall-aħbar li l-Pulizija ħadu żball fid-data tal-akkuża f’każ ta’ traffikar ta’ droga, il-PN isejjaħ lill-Ministru għall-Intern biex jerfa’ r-responsabbilità politika.

Fl-istqarrija tiegħu, l-kelliem tal-PN għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Jason Azzopardi fakkar f’diversi kazi simili li seħħu qabel l-elezzjoni li għaddiet u li Joseph Muscat dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni kien ikkritika u sejjaħ għar-responsabilità politika.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu għandhom jitkejjlu bl-istess riga li tkellem u ġġudika biha Jospeh Muscat qabel Marzu li għadda.

Għalhekk il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-Gvern, b’mod partikolari l-Ministru għall-Intern, għandu jerfa’ r-responsabbilità politika.