Read in English.
Il-Ministru għall-Għawdex Clint Camilleri jikkonferma fil-parlament li effettivament se jibqa’ responsabbli mill-Kaċċa u l-Insib, wara li ħabbar fil-parlament li l-Wild Birds Regulation Unit se jibqa taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Meta kien qed iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet supplementari, Camilleri qal li waqt li l-ministeru għall-Agrikultura u Sajd mexxa taħt il-Ministru Anton Refalo, hu se jibqa’ responsabbli mill-kaċċa u l-insib.
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said staqsa x’sens tagħmel din id-deċiżjoni tal-Gvern iżda l-Ministru jgħid li hu kburi li qed jibqa’ responsabbli minn dan is-settur ukoll.
Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara laqgħet din l-aħbar waqt li staqsiet x’inhu l-pjanijiet tal-Gvern biex jiddefendi l-interessi tal-kaċċaturi u n-nassaba. Huwa stqarr li wara snin twal li fihom Gvern Nazzjonalista daħak bihom, dan il-Gvern se jkun onest magħhom waqt li qal li hu kommess li jsib mod kif jerġa jiftaħ il-kaċċa fir-Rebbiegħa għall-gamiem.
“Kontinwità” – FKNK
Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) laqgħet din l-aħbar b’sodisfazzjon u sejħitilha “kontinwità.”
Żiedet tgħid li Camilleri għandu esperjenza vasta f’din il-materja kemm fil-prattika, kif ukoll fl-amministrazzjoni fuq livell lokali u Ewropew.
Min-naħa l-oħra, BirdLife Malta oġġezzjonat għal din id-deċiżjoni u sejħitilha “dijabolika.”