Il-Ministru għall-Finanzi jilqa’ b’sodisfazzjon l-approvazzjoni tal-baġit ta’ Malta

Fi tmiem il-laqgħa tal-grupp tal-ewro, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna laqa’ b’sodisfazzjon l-approvazzjoni mill-Eurogroup tal-baġit ta’ Malta.
Fl-assessjar tagħha, il-Kummissjoni Ewropea hi tal-opinjoni li l-baġit ta’ Malta huwa konformi mal-Patt għall-Istabbilità u t-Tkabbir Ekonomiku.
Il-Ministru Scicluna rrimarka li l-assessjar huwa realistiku u li Malta tinsab lesta li żżomm il-pożizzjoni fiskali.
Matul il-laqgħa tal-grupp tal-ewro, il-Ministri Ewropej iddiskutew ukoll is-sitwazzjoni fil-Greċja u qablu fuq il-ħruġ ta’ pagament li jammonta €2 biljun.
Dan wara li l-Greċja laħqet il-miri stabbiliti fil-ftehim mal-Kummissjoni.

Ritratt: Kunsill Ewropew