Filmat: ​Il-Ministru tal-Finanzi jgħid li Malta trid trasparenza sħiħa fit-taxxa

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħaq dwar l-impenn ta’ Malta favur it-trasparenza fil-qasam tat-taxxa.
Waqt li ndirizza lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, il-Ministru Scicluna tkellem dwar l-importanza li Malta jkollha f’idejha għodda effiċjenti li tista’ tiġi amministrata mill-awtoritajiet tat-taxxa.
Qal ukoll li jridu jiġu evitati kwalunkwe ambigwitajiet fid-definizzjonijiet
Il-Ministru Scicluna qal dan fid-dawl ta’ provvediment għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni f’materji tat-taxxa bejn il-pajjiżi tal-UE.
Fl-istess laqgħa, il-Ministru laqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li ħa l-Kunsill li jabroga l-Proċedura tad-Defiċit Eċċessiv fil-konfront ta’ Malta.