Il-Ministru għall-Enerġija jiltaqa’ mal-esperti… ta’ età żgħira

Il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi bħalissa għaddej b'diversi laqgħat ma' esperti, b'mod partikolari minħabba l-proġett tal-bini ġdid tal-impjant li jaħdem bil-gass.

Madankollu l-Ħamis filgħodu, il-Ministru Mizzi ltaqa' ma esperti ħafna iżgħar fl-età, meta żar il-fiera tax-xjenza 'Science Expo' li qed issir fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi.

Hu żar it-12-il proġett li studenti minn skejjel differenti qed jesebixxu. 

L-attivita’ hi organizzata mill-NSTF biex tiżdied l-imħabba tal-istudenti għax-xjenza.