Il-Ministru għall-Ambjent jgħid li l-bidla fil-MEPA għandha ssir bil-mod

F’laqgħa li l-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat kellu man-Nature Trust, il-Ministru tkellem dwar il-bżonn li l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar tinqasam f’settur tal-ipjanar u ieħor tal-ambjent. Saħaq iżda li din is-separazzjoni għandha ssir bil-galbu.

In-Nature Trust, organizazzjoni non-governattiva, qalet li dan il-pass se jkun wieħed pożittiv għall-ħarsien tal-ambjent. Il-President Vincent Attard qal li hemm bżonn li jkunu konservati l-ibħra Maltin, u mhux biss l-art.

Il-Ministru Brincat qal li l-Fond għall-Ambjent għandu jgħid lill-organizazzjonijiet bħan-Nature Trust.

Dwar l-istaġun tal-kaċċa, Il-Ministru qal li se jirispetta dak li ntqal fil-programm elettorali.