Il-Ministru għal Għawdex tqassam palm b’xejn lis-sajjieda Għawdxin

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qasmet ammont ta’ palm lis-sajjieda Għawdxin u li rreġistraw għal din l-għotja.
Wara li l-palm kien infettat bil-Bumunqar Aħmar, sajjieda qed isibuha diffiċli jiġbru biżżejjed palm li jintużaw fil-kannizzati għas-sajd tal-lampuki.
Ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħadu ħsieb li jitrattaw il-palm mifrux madwar Għawdex, f’diversi ġonna u fl-aħħar jiem dawn ġew miżbura.
Waqt żjara, fejn assistieri għall-proċess, il-Ministru Caruana ħabbret li għall-ewwel darba dan it-tqassim qed isir bla ħlas.
Il-Ministru spjegat li beda pjan ta’ azzjoni sabiex jiġu identifikati aktar siġar tal-palm u dawn jiġu trattati.
Temmet tgħid li  dan l-eżerċizzju ser jibqa’ jingħata b’xejn kull sena sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż lis-sajjieda.