Il-Ministru George Vella jindirizza l-Korp Diplomatiku għal Malta

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella indirizza lill-Korp Diplomatiku akkreditat għal Malta f’laqgħa li kellu magħhom. Huwa kompla jgħid li fil-politika barranija se jkun hemm kontinwità ta’ ħsieb.

Il-Ministru Vella spjega li Gvern ġdid se jiffokka fuq ir-reġjun tal-Mediterran fosthom ir-rivoluzzjoni fid-dinja Għarbija. Huwa qal li din hija sfida kbira għall-Malta li għandha d-dover li tgħin lil dawn il-pajjiżi. Il-Ministru Vella tkellem dwar l-isfidi fil-Lvant Nofsani fejn qal li l-problemi fir-reġjun qed jikbru minħabba r-rivoluzzjoni fis-Sirja.

Il-Ministru George Vella temm jgħid li Malta quddiemha għandha xogħol kbir għaliex trid tħejji għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u biex dan iseħħ hemm bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd.