Malta titlob diskussjoni dwar l-immigrazzjoni rregolari fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella, għada se jħalli Malta biex jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li se ssir fil-Lussemburgu.

Fost affarijiet oħra, Malta talbet biex tiġi diskussa is-sitwazzjoni politika u ta’ sigurtà fil-Libja, flimkien ma’ żviluppi serji li jikkonċernaw l-immigrazzjoni irregolari.

Fil-Lussemburgu, il-Ministru Vella se jattendi wkoll laqgħa tal-grupp ‘Friends of the Ukraine’ milqugħa għandu mid-deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Ewropej tas-Slovakkja, Miroslav Lajcak.

Minn hemm imbagħad, il-Ministru Vella mistenni jmur Barċellona biex jattendi laqgħa ma’ għaxar ministri barranin tal-5+5.