Il-Ministru Gatt jgħaddi d-dettalji dwar il-kont bankarju lill-Kummissarju

Il-Ministru Austin Gatt illum għadda lill-Kummissarju tal-Pulizija d-dettalji ta’ kont bankarju li għandu fl-Isvizzera.

Dan wara li l-bieraħ fil-mezzi tax-xandir ħareġ li l-Ministru Gatt għandu kont fl-Isvizzera u fl-2011 ma kienx inkluż mal-lista tal-assi finanzjarji li ġeneralment, il-Membri Parlamentari jgħaddu lill-Uffiċċju tal-Kabinett.

Il-Ministru għadda din l-informazzjoni biex il-Kummissarju jaċċerta ruħu li ma kien hemm ebda tranżizzjoni ta’ flus relatata mal-każ tax-xiri taż-żejt tal-Enemalta.

Fi stqarrija, il-Ministru Gatt reġa’ irrepeta li la hu u lanqas martu, apparti dan il-kont bankarju, m’għandhom bini, flus jew investimenti oħra għajr dawk li hemm imniżżla fil-lista tal-assi diġà ddikkjarati.