Il-Ministru Farrugia mhux infurmat dwar x’jiġri fil-ħabs

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal fil-Parlament li ġie infurmat li ma tinżammx statistika ta’ każijiet ta’ vjolenza bejn priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Madanakollu dan mhux minnu għax Newsbook.com.mt għandu f’idu statistika uffiċjali.

Fit-8 ta’ Ottubru,  il-Ministru Farrugia kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tal-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Fenech Adami staqsa lill-Ministru, “Kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza rrapportati bejn priġunieri li seħħew fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Ottubru 2019?”

Farrugia qal li jinsab “infurmat li ma tinżammx statistika ġewwa l-ħabs dwar xi każijiet ta’ vjolenza rrapportata bejn priġunieri”.

Il-PQ ta’ Fenecch Adami lil Farrugia

Newsbook.com.mt kiseb l-istatistika. F’ittra datata l-20 ta’ Settembru, uffiċjal fi ħdan il-Ministeru ta’ Farrugia qal lil Newsbook.com.mt li kien hemm 154 ġlieda fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bejn Jannar tal-2016 u Awwissu tal-2019.

Newsbook.com.mt kiseb din l-informazzjoni permezz ta’ Talba permezz tal-Att tal-Libertà għall-Informazzjoni (FOI) bi ħlas ta’ €10 biex tingħatalu din l-istatistika li qed tiġi ppubblikata iktar ‘l isfel.

Fl-2015, Beppe Fenech Adami kien staqsa mistoqsija simili lill-Ministru għall-Intern ta’ dak iż-żmien Carmelo Abela – darba dwar ġlied f’April tal-2015, u darba oħra dwar Marzu.

Storja ta’ ħabsi: ‘Tefgħulu l-bleach f’wiċċu; kont naħbi l-mobiles għal sħabi’

Abela kien qal li kien hemm incident ta’ ġlied f’April filwaqt li “ma kien hemm l-ebda rapport lill-awtoritajiet tal-ħabs fuq inċidenti ta’ ġlied u swat bejn persuni preżentament detenuti fil-ħabs ta’ Kordin, matul ix-xahar ta’ Marzu 2015.”

X’jiġri fil-ħabs?

Tinstab arma tan-nar f’karozza f’Kordin; “għadna qed ninvestigaw”

Jinstabu armi fil-ħabs ta’ Kordin

Il-Ministeru għall-Intern jiċħad li hemm priġunieri reqdin mal-art

“M’hemmx sezzjoni ta’ reklużjoni fil-ħabs” – Farrugia