“Nista’ ngħoddha b’waħda” – Il-Ministru Farrugia

Dr Michael Farrugia fl-ewwel dehra fil-pubbliku wara l-inċident domestiku.

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia jinsab fl-aħħar tal-konvalexxenza tiegħu, wara li kien involut f’inċident domestiku.  

Fuq il-paġna ta’ facebook, Farrugia qal li waqt li l-bieraħ neħħewlu l-punti tal-ferita f’rasu, f’dawn l-aħħar jiem kellu l-opportunità li jirrifletti fuq dak li ġralu u stqarr li jrid jgħoddha b’waħda minħabba li l-inċident seta’ kellu konsegwenzi koroh.

Huwa qal li bil-mod se nkun qed jerġa lura għall-ħidma tiegħu barra mid-dar, waqt li f’dawn il-jiem ta’ konvalexxenza, baqa’ jaħdem mid-dar.

Farrugia qal li madanakollu kellu jħassar il-mawra ufficjali fi Spanja kif ukoll iż-żjara fl-Lussemburgu fejn kelli jattendi għall-Kunsill tal-Ministri għall-Intern tal-Unjoni Ewropea li fost temi oħra kellu jippreżenta r-rapport dwar il-laqgħa li saret Malta fit-23 ta’Settembru. Ir-rapport ġie ppreżentat mir-rapreżentant Permanenti Malti.

Il-Ministru rringrazzja lill-istaff tad-Dipartiment tal-Emergenza li jawh l-ewwel għajnuna kif ukoll ikkontrollaw id-demm u l- istaff tas-CCU u l-ispecjalisti li ħadu ħsiebu.

Hu rringrazzja ukoll għax-xewqat ta’ fejqan ta’ malajr lill-President ta’ Malta, il-Prim Ministru, l-iSpeaker, l-Arcisqof, Kap tal-Oppożizzjoni, u lil dawk għamlulu kuraġġ bil-messaggi tagħhom biex jibqa’ pożittiv.