Il-Ministru Falzon ifaħħar l-inizjattiva ‘Adopt a Grandparent’

Read in English.

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Dr Michael Falzon faħħar l-inizjattiva ta’ Missio u Newsbook.com.mt ‘Adopt a Grandpartent’ – adotta nannu jew nanna. Permezz ta’ din l-inizjattiva, Missio u Newsbook.com.mt xtaqu jibnu pont bejn dawk l-anzjani li m’għandhom lil ħadd ma’ min jikkomunikaw jew li jmorru jżuruhom u ġenerazzjonijiet iżgħar. Dan qed isir bil-għan li fost l-anzjani titfarrak il-ħakma tas-solitudni.

Il-Ministru Falzon qal li din l-inizjattiva hija eżempju ċar ta’ solidarjetà fil-prattika partikolarment f’dawn iż-żminijiet tant diffiċli li d-dinja għaddejja minnhom. Huwa qal li ‘Adopt a Grandparent’ huwa mezz kif is-solidarjetà tissarraf fil-prattika b’mod innovattiv u ta’ min ifaħħru.