Il-Ministru ddur il-ħwienet fil-Belt

MTCP

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħadet kafe’ fil-Belt f’waħda mill-kafetteriji li llum fetħu wara li tnaqqsu l-miżuri li kienu ttieħdu fil-bidu tal-pandemija. Dawn l-istabbilimenti ilhom xahrejn magħluqa.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li l-Ministru dalgħodu żaret diversi ristoranti u kafeteriji fil-Belt Valletta. Id-Dipartiment qal li l-Ministru Farrugia Portelli tkellmet mas-sidien tal-ħwienet fejn “dawn kollha esprimew sens ta’ sodisfazzjon għall-impenn tal-Gvern u tal-Ministeru biex bil-mod il-mod l-industrija tal-catering terġa’ tieħu l-ħajja”.

Hija kienet akkumpanjata mis-Segretarju Permanenti Ronald Mizzi kif ukoll minn uffiċjali għolja mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

MTCP

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn