Il-Ministru Caruana u s-Segretarju Parlamentari Camilleri maqbudin fuq il-Malita

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri kien fost dawk maqbuda fuq il-Gozo Channel. Newsbook.com.mt huwa nfurmat li anki l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kienet fuq l-istess vapur lejn Għawdex.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li l-vapur Malita kellu xi ħsara f’rampa ta’ naħa minnhom iżda meta wasal Għawdex instab li kien hemm ħsara fir-rampa tan-naħa l-oħra.

Bid-daħka Camillieri qal li kienu għadu kif niżel eżatt malli din il-kamra tal-aħbarijiet għamlet kuntatt miegħu. Sostna li għamlu madwar nofs siegħa maqbuda fuq il-vapur. Huwa saħaq li sitwazzjonijiet bħal dawn juru kemm huwa importanti li jkun hemm permanent link bejn iż-żewġ gżejjer.

Newsbook.com.mt prova jagħmel kuntatt mal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kif ukoll maċ-chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina.