Kont sodisfatt bl-ispjega ta’ Mizzi fl-2016 dwar il-kumpanija fil-Panama – Abela

Carmelo Abela
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministru għall-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, illum xehed fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Punti ewlenin mis-smigħ tal-lum:

  • Abela qal li Mizzi kien jippreżenta l-proġett pubblikament mingħajr ma jidħol f’ħafna dettalji.
  • “Jidher li Schembri kien parti minn grupp li kien qed jipprepara l-manifest tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tal-2013,” wieġeb jgħid Abela.
  • “Il-pulizija hija indipendenti u tħalliet taħdem b’mod ħieles. Ma kontx konxju tal-pariri li ngħataw mill-Avukat Ġenerali,” Abela dwar kumpaniji offshore.
  • “X’nista’ ngħid, mill-perspettiva tiegħi ħassejt li kien importanti li huma jnaddfu isimhom qabel ma jkomplu bix-xogħol tagħhom. Kont għidt dan lill-Prim Ministru.” – Abela dwar Mizzi u Schembri.
  • “Meta qaluli għall-ewwel ma emmintx. Kont imbellaħ. Kienet xi ħaġa kundannabbli u kont ixxukkjat. Ippruvajt nara x’kienu qed jirrappurtaw il-gazzetti,” qal Abela dwar meta sema’ l-aħbar dwar il-qtil ta’ Daphne Caruan Galizia.
11:05 Is-smigħ li jmiss se jsir nhar it-Tnejn 12 ta' Ottubru fis-2pm fejn se jkun qed jixhed il-Ministru Michael Falzon.

L-Erbgħa fis-2pm imbagħad se jixhed l-Ispettur tal-Pulizija Kurt Zahra.

Il-Ġimgħa fid-9.30am se jixhed il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis.
Nicole Borg
11:05 Ix-xhieda ta' Abela tintemm hawn.
Nicole Borg
11:02 Abela qal li waqt programm fuq ir-radju xi ħadd kien ċempel jgħid li kien iffrodat u li l-pulizija m'għamlitx li kellha tagħmel.

"Meta jkun hemm allegazzjonijiet daqshekk serji li jsiru fil-preżenza tiegħu, waqt telefonata, naturalment ma stajtx inħalliha tgħaddi. Ħadna d-dettalji tal-persuna u tlabt lil xi ħadd mis-segretarjat biex jara x'ġara," spjega hu.
Nicole Borg
11:01 Dr Azzopardi: Kont taħt pressjoni biex iġġibu lura?

Abela: Ma nistax nara r-relevanza tal-mistoqsija.

Dr Azzopardi: Qed tħossok skomdu. Wieġebe il-mistoqsija. Iva jew le?

L-Imħallef Mallia: Kien hemm pressjoni jew le?

Abela: Ma niftakarx.
Nicole Borg
11:00 Personalment m'għandi xejn kontrih, qal Abela.
Nicole Borg
10:59 "Naqblu li ma kien tpoġġa ħadd minfloku? Ingħata ġimgħatejn notice? Tpoġġa f'xi uffiċċju u ma ngħatax xogħol?" staqsa Azzopardi.
Nicole Borg
10:59 Il-bord staqsa għar-relevanza.
Nicole Borg
10:58 Dwar jekk Caruana Galizia talabs laqgħa għar-raġuni wara li ssejjaħ lura mill-pożizzjoni tiegħu, il-Ministru Abela qal li Caruana Galizia kien talab għal laqgħa u hemm iddiskutew l-operat tal-Ministeru.
Nicole Borg
10:57 Dr Azzopardi qal li l-prijorità għall-ministru ġimgħatejn wara li ħa l-ġurament kien li jġib lura lil Andrew Caruana Galizia. "Se nistaqsi lix-xhud jekk kienx ordnat jagħmel dan mill-Prim Ministru jew minn Keith Schembri."
Nicole Borg
10:54 Dr Azzopardi: Naqblu li Caruana Galizia kien se jintbagħat fil-Kummissjoni Ogħlja ta' Malta għall-Indja?

AbelaL Iva.

Dr Azzopardi: Fl-ewwel ġimgħat li inti lħaqt ministru, kemm issejħu lura dipplomatiċi?

Abela: Ma niftakarx id-data.

Dr Azzopardi: Għaliex kienet prijorità daqshekk kbira li Caruana Galizia jinġieb lura fuq struzzjonijiet tiegħek?
Nicole Borg
10:52 Dr Azzopardi: Iltqajt ma' Andrew Caruana Galizia wara Ġunju tal-2017?

Abela: Wara li sirt Ministru għall-Affarijiet Barranin ridt niltaqa' mal-ħaddiema kollha tal-ministeru. Kienet xi ħaġa kbira u li ħadet iż-żmien. Iltqajt miegħu darbtejn. Darba minnhom iltqajt miegħu mal-kollegi tiegħu u darboħra tlabt li niltaqa' miegħu fl-uffiċċju tiegħi privatament.
Nicole Borg
10:52 Gafà m'għandhux passaport dipplomatiku, qal Abela.
Nicole Borg
10:51 Mistoqsi jekk kienx konxju tal-azzjonijiet tiegħu, Abela qal li kien hemm storja fil-gazzetta li kienet turi lil Gafà ma' individwu mil-Lubja, imma Gafà ma kellu l-ebda pożizzjoni uffiċjali fil-Ministeur għall-Affarijiet Barranin.
Nicole Borg
10:50 Neville Gafà la kien impjegat u lanqas persuna mqabbda mill-minister, qal Abela.
Nicole Borg
10:48 Azzopardi staqsa dwar il-ħidma Dirty Oil u r-rapport dwar allegat falsifikazzjoni ta' firem fuq id-dokumenti fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Staqsa għaliex ma kienx notifikat maġistrat.

L-inkjesta kienet immexxija minn tliet segretarji parlamentari. Il-bord kellu jistabbilixxi jekk ix-xogħol kienx qed isir skont il-protokolli. Kienet inkjesta amministrattiva, spjega hu.
Nicole Borg
10:47 L-awditur ġenerali kien ta rakkomandazzjonijiet għal azzjoni amministrattiva.
Nicole Borg
10:47 Kont għadni ma lħaqtx Ministru għall-Intern meta ħareġ il-kjass tal-visas Alġerini.
Nicole Borg
10:45 Dr Azzopardi: Tiftakar jekk awtorizzajtx l-interċettazzjoni dwar karozzi bomba f'dan il-perjodu?

Abela: Ma neskludix li għamilt hekk, għax meta kont ministru jiena kien hemm aktar minn karozza bomba waħda. Ma neskludix li kien hemm persuni li kienu indikati lili mill-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà.
Nicole Borg
10:44 Dr Azzopardi staqsa dwar il-warrant iffirmat għall-interċezzjonijiet tal-mobile. Abela kien xehed quddiem l-Imħallef Toni Abela dwar dan.
Nicole Borg
10:44 Abela qal li ma jistax jiftakar iżda ma jiċħadx.
Nicole Borg
10:42 Dr Azzopardi staqsa lix-xhud jekk kienx infurmat li l-Italja offriet l-assistenza tagħha wara l-karozza bomba mmirata fuq Romeo Bone.
Nicole Borg
10:42 Abela qal li hu ma kienx infurmat personalment dwar dak li kien diskuss waqt din il-laqgħa tal-kabinett.
Nicole Borg
10:42 Abela qal li hu kien imsiefer u ma kellu l-ebda informazzjoni.
Nicole Borg
10:41 Azzopardi qal li l-qtil sar it-Tnejn. Il-Kabinett iltaqa' it-tlieta. Staqsa x'kien diskuss dakinhar.
Nicole Borg
10:40 Dwar l-elezzjoni tal-2017, Abela qal li hu sar jaf fl-1 ta' Mejju waqt il-mass meeting fejn Muscat ħabbar id-data pubblikament.

Dr Azzopardi staqsieh jekk kienx ixxukkjat b'din id-deċiżjoni. Abela wieġeb jgħid li iva.
Nicole Borg
10:39 "Mill-2016 sal-2020, ħarġu aktar allegazzonijiet. Naħseb kienet deċiżjoni f'waqtha," wieġeb Abela.
Nicole Borg
10:38 Dr Azzopardi nnota li l-grupp parlamentari tal-gvern keċċa lil Mizzi s-sajf li għadda. Staqsa lix-xhud x'inbidel mill-2016.
Nicole Borg
10:36 Abela qal li hu kien tkellem dwar dak li kien qed iħassbu direttament mal-prim ministru waqt laqa' individwali.

"Kont sodisfatt b'dak li qal Mizzi fil-grupp parlamentari u li semmejt aktar kmieni u b'hekk issapportjajt lil Mizzi fil-vot ta' fiduċja," wieġeb Abela.
Nicole Borg
10:36 L-ewwel mistoqsija hija relatata mal-vot ta' fiduċja li ttieħed f'Mejju tal-2016.
Nicole Borg
10:35 L-avukat Jason Azzopardi jibda jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.
Nicole Borg
10:35 Abela qal li ma kienx jaf dwar il-ħbiberija bejn Silvio Valletta u Yorgen Fenech qabel ma ħarġet l-aħbar fuq il-ġurnali.
Nicole Borg
10:34 Dwar Jonathan Ferris, Abela qal li hu kull ma kien jaf dwaru kien li rtelaq mill-Korp tal-Pulizija biex jingħaqad mal-FIAU li ma kinitx taqa' taħt il-ministeru u allura ma kellux kuntatt miegħu.
Nicole Borg
10:34 Keith Schembri ma kienx se jkun preżenti għal dawn il-laqgħat.
Nicole Borg
10:33 Il-kuntatt mal-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà kien regolari minħabba l-warrants. Hu qal li ma kellhomx briefings speċifiċi ħlief dawk fil-Kumitat tas-Sigurtà fejn il-PM u l-mexxej tal-Oppożizzjoni kienu jkunu preżenti.
Nicole Borg
10:32 Il-ministru qal li ma kienx konxju ta' briefings mill-Kummissarju tal-Pulizija fl-OPM.
Nicole Borg
10:31 Abela qal li l-Kummissarji tal-Pulizija ma kinux tawh informazzjoni dwar l-ebda investigazzjoni.
Nicole Borg
10:31 Abela qal li hu sar jaf riċentament mix-xhieda ta' Michael Cassar dwar Operation Green u r-rapporti li rċeviet l-FIAU.
Nicole Borg
10:30 Abela qal li dak iż-żmien kien qed imexxi l-Ministeru għall-Intern, il-Kummissarji tal-Pulizija kienu Michael Cassar, segwit minn Lawrence Cutajar.
Nicole Borg
10:26 Il-Ministru Abela qal li dakinhar li nqatlet Daphne Caruana Galizia hu kien imsiefer mal-President.

"Meta qaluli għall-ewwel ma emmintx. Kont imbellaħ. Kienet xi ħaġa kundannabbli u kont ixxukkjat. Ippruvajt nara x'kienu qed jirrappurtaw il-gazzetti," qal Abela.
Nicole Borg
10:25 Il-bord staqsa jekk Muscat ħassux tradut, u Abela qal li din il-mistoqsij għanda ssir lill-eks Prim Ministru.
Nicole Borg
10:25 Abela qal li Muscat pubblikament kien qal li ħass il-bżonn li jerfa' r-responsabbiltà.
Nicole Borg
10:23 "Kif qed tgħud, l-importanti huwa li naħdmu flimkien…M'għandi l-ebda fatti x'naqsam jekk kienx hemm xi ħadd li qabeż xi linja jew le. Huwa tajjeb li wieħed jaħdem mas-setturi kummerċjali għax dawn jikkreaw l-impjiegi," qal Abela.
Nicole Borg
10:22 "Il-problema hija meta minn business friendly nsiru money friendly. Ħassejt li l-flus kienu qed jieħdu kontroll?" staqsa l-Prim imħallef Emeritu.
Nicole Borg
10:21 Il-Ministru qal li hu sar jaf lil Schembri wara l-elezzjoni tal-2013 u sar jaf kif jidher wiċċ Yorgen Fenech meta dan ġie arrestat.
Nicole Borg
10:20 Il-Ministru Abela qal li l-għan tal-PL fl-2013 kien pjan għall-enerġija.

"Jien mhux persuna li għandi ħbiberiji u rabtiet mal-komunità tan-negozjanti. Nifhem li jridu jkunu viċin, imma l-iktar ħaġa importanti hija li jkun hemm limitu," qal Abela.
Nicole Borg
10:19 L-Imħallef Mallia staqsa dwar ir-relazzjoni bejn in-negozji u l-Partit Laburista.

"Kont taf dwar din l-interferenza fil-partit?"
Nicole Borg
10:18 Abela qal li ma kienx preżenti għall-ebda preżentazzjoni li ngħatat dwar VGH jew l-Electrogas waqt il-laqgħat tal-kabinett.
Nicole Borg
10:17 Ix-xhud qal li sar jaf dwar l-MOU mal-VGH mill-midja.
Nicole Borg
10:16 Abela qal li kull ma jaf dwar il-VGH sar jafu mill-midja.
Nicole Borg
10:15 "Ma ddiskutejtux il-prinċipju tas-saħħa finanzjarja tal-investitur?" staqsa l-Prim Imħallef Emeritu.
Nicole Borg
10:14 Il-Prim Imħallef Emeritu staqsa dwar il-kontradizzjonijiet li qed joħorġu. Qal li l-proġett bħal dak tas-saħħa huwa proġett importanti.

"Il-Kabinett ma jiddiskutix investituri u jara li d-due diligence isir?" staqsa hu.
Nicole Borg
10:12 Il-membri tal-Kabinett kienu notifikati dwar proġetti permezz ta' memos. Il-Ministru mbagħad jagħti preżentazzjoni dwarhom.

"Ma naħsibx li l-ebda Kabinett għandu jiddiskuti l-proġetti fid-dettall," qal lill-bord.
Nicole Borg
10:12 Il-proġett tal-Electrogas kien beda qabel ma' Abela daħal membru tal-Kabinett.
Nicole Borg
10:10 "Iċ-chief of staff ta' kwalunkwe ministru se jkun viċin tiegħu naturalment. Fejn jidħlu proġetti speċifiċi li semmejtu inthom li jinvolvu lil Mizzi, wieħed jassumi li l-ministru jiddiskuti mal-prim ministru. Jien ma kontx inkun preżenti għal dawn id-diskussjonijiet. Ma nistax nikkonferma b'mod konkret," qal Abela.
Nicole Borg
10:10 L-Imħallef Lofaro staqsiet dwar iċ-ċirku ta' persuni viċin Muscat.
Nicole Borg
10:06 Prim Imħallef Emeritu: X'kienet id-differenza li rajt bejn l-amministrazzjoni ta' Muscat u dik preżenti, hemm differenza mill-mod kif joperaw?

Abela: Huma żewġ persuni differenti. Naturalment Robert Abela daħal fi żmien fejn qed jaffaċċja pandemija. Naħseb kien jippreferi li jibda ż-żmien tiegħu b'mod differenti. Il-Prim Ministru Muscat kellu l-esperjenza ta' kważi ħames snin bħala Kap tal-Oppożizzjoni u kellu aktar żmien jipprepara.
Nicole Borg
10:04 Abela qal li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien għamel laqgħat individwali mal-ministri. Qal li l-Panama Papers ma kienux diskussi fuq livell ta' kabinett.
Nicole Borg
10:03 Imma Schembri ma rreżenjax, irrimarka l-bord.
Nicole Borg
10:03 "X'nista' ngħid, mill-perspettiva tiegħi ħassejt li kien importanti li huma jnaddfu isimhom qabel ma jkomplu bix-xogħol tagħhom. Kont għidt dan lill-Prim Ministru," spjega Abela.
Nicole Borg
10:02 Kien hemm xi kompjaċenza jew inazzjoni, qal Said Pullicino.
Nicole Borg
10:01 Ix-xhud qal li l-pulizija kienu qed isegwu l-allegazzjonijiet bħal kulħadd.

"Ħassejt li ma kelliex nintervjeni. Kieku intervjenejt kont inkun kritikat għal dan. Jekk ma nintervjenix inkun ikritikat ukoll," qal il-Ministru.
Nicole Borg
10:00 Il-Ministru Abela qal li huwa importanti li kull allegazzjoni tiġi investigata u tinġabar evidenza biex tiġi ppreżentata fil-Qorti.
Nicole Borg
10:00 Abela qal li ħass li l-pulizija kellhom jitħallew jaħdmu b'mod ħieles. Qal li l-pulizija kellhom ikunu ħielsa li jagħżlu li jibdew jew ma jibdewx investigazzjoni skont ma kien l-aħjar li jsir skonthom.
Nicole Borg
09:57 Il-Prim Imħallef Emeritu nnota li ttieħdet xi azzjoni kontra Mizzi imma ma ttieħdet l-ebda azzjoni kontra Schembri. Qal li aktar tard ħarġet l-aħbar dwar 17 Black.
Nicole Borg
09:55 Prim Imħallef Emeritu: "Dak iż-żmien inti kont il-Ministeru għall-Intern. Kumpaniji offshore bħal dawn huma sors ta' ħasil tal-flus. Ma ħassejtx il-bżonn li għandek tkellimhom?"

Abela: "Il-pulizija hija indipendenti u tħalliet taħdem b'mod ħieles. Ma kontx konxju tal-pariri li ngħataw mill-Avukat Ġenerali.
Nicole Borg
09:54 Abela qal li hu ma kienx ħass il-bżonn li jagħmel dan. Ftakar kif waqt grupp parlamentari, Mizzi ħass il-bżonn li jagħti spjegazzjoni lill-Membri Parlamentari.
Nicole Borg
09:54 L-Imħallef Mallia staqsa dwar il-Panama Papers. Staqsa jekk Abela kienx ħass il-bżonn li jistaqsi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri għal spjegazzjoni.
Nicole Borg
09:53 "Schembri kien punt ta' referenza għal diversi persuni minħabba li kien iċ-chief of staff tal-Prim Ministru. Jista' jkun li kellu influwenza. Qatt ma ħassejt il-bżonn li nikkonsultah personalment," wieġeb Abela lill-bord.
Nicole Borg
09:52 Abela kkonferma li Schembri kien jattendi għal-laqgħat tal-kabinett.
Nicole Borg
09:52 Dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Schembri, Abela qal li kellu relazzjoni ta' xogħol miegħu. Żied jgħid li ma kienx jiltaqa' miegħu f'kuntest soċjali.
Nicole Borg
09:51 L-Imħallef Mallia: Fl-2013, meta tħabbret l-Electrogas inti kont il-kelliem għall-proġett, sewwa?

Abela: Mhux eżatt…jien ma kont nirċievi l-ebda informazzjoni dwar il-proġett. Il-ministeru li kien inkarigat mill-proġett kien jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet pubbliċi tal-proġett.
Nicole Borg
09:50 "Jidher li Schembri kien parti minn grupp li kien qed jipprepara l-manifest tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tal-2013. Din hija informazzjoni li diġà tinsab fil-pubbliku," wieġeb jgħid Abela.
Nicole Borg
09:48 Abela qal li hu ltaqa' mal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, wara l-2013. Żied jgħid li bħala kandidat, ġieli kien imur il-kwartieri tal-partit. Qal li ma jeskludix li Schembri kien ikun preżenti fl-istess kwartieri.
Nicole Borg
09:48 Il-Ministu Abela wieġeb li din kienet waħda mill-proposti prinċipali li għamel il-Partit Laburista. Qal li dan wassal biex jinħadmu t-tenders neċessarji biex ikun implementat il-proġett.
Nicole Borg
09:47 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Puliccino nnota li l-proġett kien wieħed pjuttost kumpless.
Nicole Borg
09:46 L-Imħallef Lofaro qed tistaqsi lix-xhud dwar il-powerstation tal-gass. Staqsiet lix-xhud jekk jikkonfermax li Konrad Mizzi, li dak iż-żmien kien għadu dieħel fil-politika, kienx ta dettalji dwar kif se tkun qed topers.

Abela qal li Mizzi kien jippreżenta l-proġett pubblikament mingħajr ma jidħol f'ħafna dettalji.
Nicole Borg
09:45 Hu u jwieġeb mistoqsija tal-bord, Abela qal li l-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet tal-istat ma kinitx issemmiet.
Nicole Borg
09:44 Il-Ministru Abela qal li qabel l-elezzjoni tal-2013, il-bejgħ tal-passaporti u l-Università Amerikana ta' Malta ma kienux issemmew. Spjega li l-Partit Laburista kellu manifest elettorali u wiegħed kontijiet irħas għad-dawl u l-ilma.
Nicole Borg
09:44 Wara l-elezzjoni tal-2017, Abela tpoġġa bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Nicole Borg
09:43 Wara l-elezzjoni tal-2013 hu kien inħatar bħala whip tal-Gvern u kelliem għall-Gvern. Hu tpoġġa bħala Ministru għall-Intern f'Diċembru tal-2014.
Nicole Borg
09:42 L-ewwel elezzjoni ta' Abela kienet fl-1996. Hu kien kandidat għall-elezzjoni tal-2013.
Nicole Borg
09:42 L-Imħallef Emeritu Mallia jibda jistaqsi lix-xhud dwar l-irwoli (senior roles) li kellu fi ħdan il-Partit Laburista.
Nicole Borg
09:40 Il-Ministru Carmelo Abela jieħu postu biex jibda jixhed.
Nicole Borg
09:40 Il-bord ta' inkjesta jidħol fl-awla biex jibda s-smigħ tal-lum.
Nicole Borg
09:30 Dr Jason Azzopardi wkoll jinsab fl-awla.
Nicole Borg
09:22 Il-Ministru Carmelo Abela diġà jinsab fl-awla. Miegħu hemm l-avukat Luciano Busuttil.
Nicole Borg
09:21 Il-ġurnata t-tajba u merħba għal dan il-live blogg. Ninsabu preżenti f'awla 20.
Nicole Borg

Fis-smigħ li għadda, xehdu l-Ministru għall-Kultura José Herrera u l-Editur Maniġerjali tal-MaltaToday.

Xi spikka mix-xhieda ta’ Josè Herrera?

  • Dwar il-bejgħ tal-isptarijiet lill-VGH: Id-dokument dwar it-triq ‘il quddiem kien ippreżentat lill-Kabinett minn Konrad Mizzi, dakinhar Ministru għas-Saħħa
  • “Kont għedtlu li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirriżenjaw” – Herrera lil Joseph Muscat waqt laqgħa individwali wara li ġew żvelati l-Panama Papers
  • Nippreferi ma jkolli x’naqsam xejn ma’ kumpaniji bħal Nexia BT

Xi spikka mix-xhieda ta’ Saviour Balzan?

  • “Minn għaxar stejjer, tlieta jkunu brillanti filwaqt li l-bqija Daphne ma setgħetx tagħti provi”
  • Jgħid li Muscat ċempillu u qallu li l-istejjer dwar Egrant huma “fairtales”.
  • Qal li l-ġurnalisti llum iżommu lura milli jiktbu ċerti stejjer għax jibżgħu għal ħajjithom.

Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.