Il-Ministru Cardona jenfasizza l-importanza tal-kompettività għat-tkabbir ekonomiku

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardona, qal li “t-tisħiħ tal-kompetittività tal-intrapriża Ewropea hija l-isfida ewlenija biex iġġib l-Ewropa lura fit-triq lejn tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.”
Huwa qal dan waqt li kien qed jieħu sehem f’laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kompetittività li saret f’Milan.
Il-Ministru Cardona, li waqt il-laqgħa nħatar Ċermen ta’ waħda miż-żewġ sezzjonijiet tal-Kunsill, laqa’ l-fatt li l-kompettività se tingħata aktar attenzjoni mill-Kummissjoni Ewropea billi dan l-aspett ikun pati mill-funzjoni u l-operat tagħha.
Flimkien mal-Ministru Cardona rrapreżenta l-Malta Mario Azzopardi, Chief of Staff fl-istess Ministeru.