Il-Ministru Camilleri jipproponilha

Facebook - Byron Camilleri

Il-Ministru Byron Camilleri ppropona lis-sieħba tiegħu Salome Catania.

Fuq Facebook, Camilleri qal li l-pandemija tal-COVID-19 m’għandhiex tkun skuża biex wieħed jipposponi deċiżjonijiet importanti.

“Wara ħames snin mill-isbaħ ma’ Salome kont lest biex nieħu l-iktar deċiżjoni importanti u ġietni tajba. Wieġbet IVA,” kiteb Camilleri.

L-avukat Dr Byron Camilleri bħalissa qed iservi bħala l-Ministru għall-Intern. Fl-2010 kien sar sindku tal-Fgura u fl-2017 ikkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba. Għal tliet snin kien il-Whip tal-Partit Laburista fil-Parlament.