Il-Ministru Borg iħabbar xogħlijiet fuq numru ta’ toroq prinċipali

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jkunu qed jibdew “xogħlijiet estensivi” fuq numru ta’ toroq prinċipali li fi kliemu jinsabu fi stat ħażin ħafna.
Fuq Facebook, il-Ministru ħabbar li se jibda x-xogħol fiż-żona ta’ ħdejn ir-Roman Villa fir-Rabat, Triq Bontadini Birkirkara u Triq Birkirkara f’Ħ’Attard.
Borg qal li talab ukoll biex isiru interventi żgħar imma sinifikanti biex jgħinu fl-immaniġġjar aħjar tat-traffiku. Fost dawn semma ż-żona ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

Ritratt: Ian Noel Pace