Il-Ministru Bonnici mhux ħati li saq perikoluż

Dalgħodu l-Qorti sabet lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici mhux ħati li b’mod involuntarju weġġa’ żewġ persuni oħra waqt inċident tat-traffiku barra l-mina ta’ Santa Venera.
L-inċident ġara f’April li għadda meta l-Ministru ħabat bil-karozza privata tiegħu ma’ żewġ karozzi oħra. 
Minħabba l-ħabta, wieħed mill-persuni mweġġa’ kellu jittieħed Mater Dei għall-kura.
Il-Ministru Bonnici deher quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace li waslet għall-konklużjoni li mhemmx biżżejjed provi dwar jekk il-Ministru kienx qed isuq b’mod perikoluż jew le.