Il-Ministru Awstraljana għan-nisa se tirtira mill-politika

FILE PHOTO: Australia's Minister for Revenue and Financial Services Kelly O'Dwyer attends the Asian Financial Forum in Hong Kong, China January 15, 2018. REUTERS/Bobby Yip

Il-Ministru Awstraljana għan-Nisa Kelly O’Dwyer qalet li se tkun qed tirtira mill-politika għal raġunijiet personali fl-elezzjoni ta’ din is-sena. Din se tkun qed tiżdied mal-lista ta’ politiċi nisa li qed jitilqu mill-partit fil-poter minħabba li fil-fehma tagħhom hemm nuqqas ta’ għaqda, bullying, u intimidazzjoni.

Nofs iċ-ċittadini Awstraljani huma nisa, però jkopru inqas minn kwart il-politikanti federali fil-partit Liberali, il-partit superjuri fil-koalizzjoni tal-Gvern.

O’Dwyer, li hija wkoll ministru għall-impjiegi u għar-relazzjonijiet industrijali, qalet li r-raġunijiet tagħha biex ma terġax tikkontesta fl-elezzjoni li jmiss ta’ Mejju, huma personali.