Il-Ministru Abela jgħid li s-St John Rescue Corps hu mudell

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li l-impenn tas-St John Rescue Corps hu meqjus bħala mudell barra minn xtutna.
Hu kien qed jitkllem fil-kwartieri ġenerali u l-iskola ta’ taħriġ tas-St John Rescue Corps fil-Forti tal-Madliena, fejn illum ġie ffirmat ftehim bejn is-St John Rescue Corps u s-St John Ambulance tal-Malasja.
Dan sabiex il-fergħa Maltija tipprovdi assistenza teknika fl-iżvilupp ta’ din it-taqsima fil-Malasja.
Ġiet inawgurata wkoll vettura tat-tifi tan-nar mgħotija mill-Merseyside Fire Rescue, ivvalutata għal madwaw €250,000.