Il-Ministri taż-żona Ewro jaqblu fuq pakkett finanzjarju

Il-Ministri għall-Finanzi tal-pajjiżi li jużaw l-Ewro qablu fuq pakkett ta’ għajnuna minħabba l-imxija tal-pandemija tal-Covid-19.

Il-pajjiżi taż-żona Ewro se jgawdu minn strument finanzjarju ġdid li permezz tiegħu se jkunu jistgħu jsostnu spejjeż diretti u indiretti għall-kura u l-prevenzjoni tal-virus. Il-pakkett finanzjarju jista’ jkun kbir sa 2% tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż.

Il-Ministru għall-Finanzi Malti Edward Scicluna qal li b’aktar ċarezza mill-Kummissjoni l-banek ikunu nkoraġġiti biex iselfu aktar. Il-Ministri fil-Eurogroup mistennija li jerġgħu jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla biex ikomplu jassistu l-ekonomiji Ewropej biex jirkupraw.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn