Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tar-Russja u l-Ukraina jiltaqgħu għall-ewwel darba minn wara l-kriżi fi Krimea

Il-Ministru għall-affarijiet barranin tar-Russja Sergei Lavrov kellu taħdidiet mal-Ministru Ukren Andriy Deshcyytsia, għall-ewwel darba minn mindu r-Russi għamlu l-ewwel pass fil-Krimea u qamet kriżi sħiħa.

Il-Ministru Lavrov qal li r-Russja ma tinsabx affetwata bil-fatt li tista’ titkeċċa mill-G8. Din il-laqgħa waslet hekk kif it-truppi Ukreni bdew ħerġin mill-Krimea wara li l-forzi Russi, ħatfu l-bażi militari fir-reġjun.