Il-Ministri għall-Intern jiddiskutu l-proposti tal-KE dwar l-immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela attenda għal-laqgħa speċjali tal-Kunsill tal-Ministri wara l-laqgħa ta’ April dwar l-immigrazzjoni.
Il-Ministri għaddew l-ewwel reazzjonijiet għall-proposti dwar l-immigrazzjoni li ressqet il-Kummissjoni Ewropea f’Mejju.
Kien hemm qbil fuq numru ta’ miżuri fosthom dwar il-ħtieġa li l-isfida tiġi ndirizzata mill-pajjiżi minn fejn jitilqu l-immigranti.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li s-Summit dwar l-Immigrazzjoni li se jsir f’Malta se tkun opportunità biex isiru diskussjonijiet mal-imsieħba fl-Afrika.
Il-Ministri Ewropej tkellmu wkoll dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu rilokati mal-40,000 immigrant mill-Italja u l-Greċja.
Kien hemm qbil li jrid ikun hemm solidarjetà fost il-pajjiżi membri iżda kien hemm Ministri li urew tħassib minħabba n-numru tal-wasliet f’pajjiżhom.

Ritratt: Kunsill Ewropew