Il-Ministri Ewropej jiltaqgħu biex jiddiskutu l-Ebola

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qed jippruvaw jgħaqqdu b’biljun ewro biex l-Ewropa tiġġieled il-virus tal-Ebola fil-lvant tal-Afrika.
Il-pajjiżi membri qed jippruvaw ukoll jilħqu pożizzjoni komuni f’din il-ġlieda.
Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea iltaqgħu biex sa’ nhar il-Ġimgħa jilħqu ftehim dwar il-pakkett ta’ miżuri li għandhom jieħdu biex jgħinu l-pajjiżi Afrikani milquta.
Fost il-proposti hemm li tingħata għajnuna finanzjarja, jitħaffu l-proċeduri ta’ ripatrijazzjoni u taħriġ fuq il-post għall-ħaddiema tas-saħħa.
Il-Gvern Olandiż mistenni li jibgħat ukoll fregata biex isservi ta’ sptar mobbli għall-vittmi.