Il-Ministri Afrikani f’laqgħa biex jikkontrollaw l-ebola

Il-Ministri tas-saħħa minn 11-il stat differenti fl-Afrika qed jiltaqgħu f’Accra, fil-Ghana biex jippruvaw isibu soluzzjoni għall-kriżi li qamet bil-marda qerrieda tal-Ebola.
Sa issa, mas-763 persuna kienet infettata b’dan il-virus.
Aktar minn 460 persuna minn dawn mietu.
L-akbar ammont ta’ każi ġew irrapurtati fil-Guinea fejn oriġina dan il-virus.
Minn meta beda kollox, il-virus mexa’ sal-Liberja u Sierra Leone.