M’hemmx konnessjoni mal-allegat każ ta’ korruzzjoni – Ministeru tal-Finanzi

Il-Ministeru tal-Finanzi sostna li l-informazzjoni li rċieva f’Awwissu ta’ sentejn ilu, m’għandix x’taqsam mal-allegat każ ta’ korruzzjoni fix-xiri taż-żejt. B’referenza għal dak li ntqal f’diversi sezzjonijiet tal-midja u kummenti mill-kelliem tal-Partit Laburista Gino Cauchi, il-Ministeru tal-Finanzi sostna li l-informazzjoni kienet rigward dħul mhux dikjarat, mingħajr ebda konnessjoni mal-investigazzjoni tal-koruzzjoni.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-Ministeru tal-Finanzi ħa l-każ immedjatament lit-Tax Compliance Unit biex jiġi nvestigat, bl-informazzjoni li rċieva l-Ministeru turi li l-każ kellu x’jaqsam ma’ Aikon Limited.

Intqal li t-Tax Compliance Unit u l-istess Ministeru ma kinux konxji fuq xi konnessjoni li seta’ kien hemm bejn il-kumpanija msemmija u George Farrugia jew kwalunkwe persuna oħra.