Il-Ministeru tal-Finanzi b’attività dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna attaneda l-ewwel attività tal-Wellbeing Unit.
Dan il-Unit se jifforma parti mid-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru u matul l-aħħar ġimgħat organizza korsijiet dwar għajnuna f’każ ta’ emerġenza u first aid.
Il-Ministru Scicluna fakkar li kulħadd igawdi minn stil ta’ ħajja iktar f’saħħitha, inkluż min iħaddem, għax ħaddiema iktar f’saħħithom jieħdu inqas sick leave u jbatu minn inqas stress waqt ħin tax-xogħol.
L-impjegati li organizzaw din l-attività ippreparaw ikel bnin u tajjeb għas-saħħa waqt li ġabru donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza.