Il-Ministeru tal-Enerġija jsir azzjonist f’kumpanija għall-enerġija

Il-Gvern innomina lill-Ministeru tal-Enerġija biex jieħu post Malta Enterprise bħala azzjonist tal-kumpanija IEG Malta Limited.
Il-Gvern qal li b’hekk, l-inizjattiva tal-kumpanija li twaqqfet f’Mejju, timxi mal-istrateġija tal-pajjiż li Malta ssir hub importanti fil-Mediterran fil-qasam tal-enerġija.
B’riżoluzzjoni tal-bord, mgħoddija fil-5 ta’ Novembru, il-Ministeru se jieħu l-10% tal-ishma tal-kumpanija IEG li s’issa kienu f’idejn Malta Enterprise.
Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru se jieħu wkoll post iċ-Chairman ta’ Malta Enterprise fuq il-bord tal-kumpanija.