Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jgiddeb lill-Għaqda Patrijotti Maltin

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li mhux minnu dak li allegat dalgħodu l-Għaqda Patrijotti Maltin, li l-istudenti tal-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar mhux jitħallew jieħdu ħobż bil-perzut, minħabba studenti Musulmani.
Dalgħodu l-Għaqda Patrijotti Maltin għamlu protesta fl-Imsida, fil-post fejn qed jinġabru jitolbu persuni ta' twemmin Musulmana, u bdew iqasmu panini bil-perżut bħala protesta.
Intant l-Assistent Kap tal-Iskola, Mark Azzopardi ddeskriva dawn l-allegazzjonijiet bħala "gidba faħxija."
Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar hija eżempju ċar ta' kif studenti li ġejjin minn kulturi u twemmin differenti jgħixu flimkien b'mod inklussiv.
Il-Ministeru qal li kwalunkwe kummenti kontra dan, huma "bla sens."