Il-Ministeru għat-Trasport jiċċelebra Pink October

Il-Ministeru għat-Trasport ipparteċipa fil-kampanja Pink October meta l-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat, intlaqgħet fil-bini tal-Ministeru f'ġieħ din il-kampanja.
Din il-laqgħa saret nhar it-Tlieta li għadda, u għaliha kien hemm preżenti wkoll il-Ministru Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius u s-Segretarju Permanenti Christopher Cutajar.
Michelle Muscat tkellmet dwar l-importanza tal-kampanja Pink October u dwar ix-xogħol li qed isir waqtha. Qalet li l-marda qerrieqa tal-kanċer tas-sider hi waħda aggressiva li tista' tolqot lil kulħadd, irrispettivament mill-età jew sess tal-individwu.
Il-Ministru Borg irringrazzjaha tax-xogħol li qed tagħmel il-Marigold Foundation u ppreżentalha donazzjoni ta' 'l fuq minn €400, li ġiet miġbura mill-impjegati kollha tal-Ministeru.
Ritratt: Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.