Il-Ministeru għas-Saħħa javża dwar it-temperaturi għoljin

Il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija avża dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf.  It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem.

Is-sħana taffetwa lil kulħadd inkluż anzjani, trabi u  tfal żgħar. Il-Ministeru jfakkar persuni li qed ibatu b’xi kundizzjoni kronika jew li huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati.

Il-Ministeru qal li għandu jiġi evitat ħruġ barra bejn il-11.00am u l-4.00pm.