Il-Ministeru għall-Intern jiċħad li hemm priġunieri reqdin mal-art

Read in English.

Il-Ministeru għall-Intern ċaħad li hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed jorqdu mal-art. Dan wara li din il-ġimgħa avukat qal fil-Qorti li sema li tant huwa ffullat il-ħabs li hemm nies reqdin mal-art.

Kelliema għall-Ministeru għall-Intern qalet ma’ Newsbook.com.mt li bħalissa hemm 654 priġunieri f’Kordin. Qalet li ħadd minnhom mhu qed jorqod mal-art. Żiedet tgħid li kif tħabbar pubblikament, il-Gvern qed jevalwa possibilitajiet ta’ bidlet infrastrutturali jew bini mill-ġdid għal faċilità korrettiva tal-futur.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl George Busuttil qal li ma jistax jikkonferma jekk hemmx persuni reqdin mal-art għax ilu ma jidħol fid-diviżjonijiet tal-ħabs.

Fl-2013, il-Fondazzjoni kienet ilmentat dwar in-nuqqas ta’ spajzu fil-ħabs ta’ Kordin.

F’dormitorju fil-ħabs jorqdu 16-il persuna f’48 metru kwadru

Il-popolazzjoni tal-ħabs tul is-snin:

1999230
2002277
2004277
2006343
2008444
2010583
2012622
2014616
2016553
2018619

Statistika: prisonstudies.org

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li l-investiment kapitali fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin għas-sena 2018 kien jammonta total globali ta’ €148,948.07. Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari tal-MP tal-PN Beppe Fenech Adami.

Raġel li spiċċa l-ħabs wara li ammetta li ttraffika d-droga spjega x’kien jiġri waqt li kien qed jiskonta s-sentenza tiegħu fl-2016. Fost l-affarijiet li semma’ waqt programm tat-televiżjoni ta’ Channel 5 fir-Renju Unit isemmi li ra ħabsin jitfgħu l-bleach f’wiċċ ħabsi ieħor u li hu kien jaħbi mobiles għal sħabu l-priġunieri fl-għamara tal-ħabs.

Storja ta’ ħabsi: ‘Tefgħulu l-bleach f’wiċċu; kont naħbi l-mobiles għal sħabi’