Il-Ministeru għall-Finanzi jixtri 12-il karozza

Miguela Xuereb

Read in English.

Bejn Ġunju tal-2017 sa issa, il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji xtara 12-il karozza.

Dan qalu l-Ministru Edward Scicluna hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Edwin Vassallo. It-12-il karozza qed jintużaw mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu.

Intant, Scicluna spejga li r-risposta tiegħu ma tinkludix il-Bank Ċentrali u talab lil Vassallo sabiex jekk jixtieq informazzjoni speċifika dwar il-bank jagħmel mistoqsija oħra.