Il-Ministeru għall-Enerġija sodisfatt li l-MEPA approvat il-permess għall-powerstation

Il-Ministeru għall-Enerġija huwa sodisfatt għall-fatt li l-bord tal-MEPA ħareg il-permess għall-proġett tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass.
Fi stqarrija ntqal li ħareġ biċ-ċar kif il-Gvern qed jimxi mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea.
Dan kien ikkonfermat mill-espert Grieg George Papadakis li spjega kif qed jttieħdu l-ogħla standards ta' sigurta' u protezzjoni tal-ambjent tal-madwar.
L-istqarrija ssostni li ġie spjegat ukoll kif il-proġett mhux se jfixkel l-Oil Tanking u l-Freeport.
B’dan il-proġett mhux biss se jkollna arja nadifa mill-ġenerazzjoni tad-dawl imma se jwassal ukoll biex ikollna kontijiet tad-dawl u ilma orħos għall-familji u se jonqsu l-emissjonijiet, filwaqt li t-trab fl-arja se jonqos b’aktar minn 90%. 
Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma huwa sodisfatt li b’dan il-proġett se jkollna stabilita’ fil-prezzijiet filwaqt  li se jibqa’ għaddej bl-istudji dwar il-pipeline tal-gass.