Il-Ministeru għall-Enerġija joffri l-faċiltajiet tiegħu għal darba biex jagħtu d-demm

Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma organizza għall-ewwel darba inizjattiva ta’ għoti tad-demm mill-impjegati tad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu.
Fi stqarrija mill-Ministeru, intqal li l-inizjattiva kienet miftuħa l-ġimgħa kollha, u numru sabiħ ta’ impjegati marru jagħtu d-demm fiċ-Ċentru għat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamanġa.
Fl-aħħar ġurnata tal-attività ġew offruti l-faċilitajiet tal-Ministeru stess biex ikunu jistgħu jagħtu d-demm aktar ħaddiema mill-Ministeru u minn dipartimenti oħrajn.
Il-Ministru Joe Mizzi rringrazzja lil kull min ta sehmu f’din l-attività nobbli, lill-istaff tal-isptar li mill-ewwel laqgħu l-idea, lil min ta d-demm u anke lil dawk li xtaqu jagħtu iżda għal xi raġuni ma setgħux.