Il-Ministeri tal-Akkolitat u l-Lettorat jistgħu jiġu amministrati min-nisa b’mod uffiċjali

Read in English.

Il-Papa Franġisku biddel Kokiċi fil-Liġi Kanonika, sabiex b’mod formali din il-liġi li kienet diġà qiegħda tiġi prattikata tinbidel. Permezz tat-tibdil fil-liġi n-nisa lajċi se jkunu jistgħu jamministraw il-Ministeri tal-Lettorat u l-Akkolotat.

Iż-żewġ ministeri tal-lajċi ġew imwaqqfa fl-1972 mill-Papa Pawlu VI. L-akkoliti jgħinu lis-saċerdoti waqt iċ-ċerimonji, partikolarment waqt il-quddiesa filwaqt li l-letturi jaqraw il-Kelma ta’ Alla.

Din mhix xi ħaġa ġdida fil-Knisja Kattolika minħabba li l-maġġoranza tal-Isqfjiet jawtorizzaw dawn il-prattiċi fid-djoċesi tagħhom. Madankollu dan kien isir mingħajr mandat xieraq minħabba li l-Papa Pawlu VI kien iddeċieda li ma jagħtix permess lin-nisa jagħmlu dan.

Il-liġi Kanonika issa tgħid li persuni lajċi li għandhom l-età u l-kwalifiki stabbiliti b’digriet tal-konferenza episkopali jistgħu jamministraw il-ministeri tal-lettorat u l-akkolitat.

Il-Papa spjega li l-motivazzjoni teoloġika wara d-deċiżjoni tiegħu f’ittra lill-Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, il-Kardinal Luis Ladaria. Il-Papa Franġisku ddeskriva din id-deċiżjoni bħala tiġdid hekk kif deskritt fil-Konċilju Vatikan II.