Il-mina ta’ Tignè tingħalaq għat-traffiku

Minħabba tiswijiet fuq id-dwal tal-mina ta’ Tignè, il-mina fid-direzzjoni ta’ Qui-Si-Sana se tingħalaq għat-traffiku.
Ix-xogħlijiet se jsiru bejn id-9 tal-lejla u l-5 ta’ għada filgħodu.
It-traffiku minn Qui-Si-Sana se jgħaddi mill-karreġġjata opposta lejn l-iStrand. It-traffiku mill-Gżira jgħaddi minn Triq it-Torri lejn Qui-si-Sana.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu b’attenzjoni.
Sadanittant, Transport Malta tavża li minn nhar it-Tnejn li ġej, sakemm toħroġ avviż ieħor,il-Baċir numru 7, se jkun miftuħ għat-traffiku mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-6am u l-10am u mit-3pm sas-7pm.