Il-mina, l-fast ferry u l-parkeġġ fir-Rabat fuq l-aġenda tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija ppubblikat il-proposti tagħha għall-baġit 2020. Dawn il-proposti ġew ppreżentati fil-Gozo Regional Committee.

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tgħid li l-proġett tal-mina bejn Għawdex u Malta għandu jkompli bl-iskart jintuża għat-tkabbir tal-faċilitajiet tal-irmiġġ fl-Imġarr. Proġett kapitali ieħor propost huwa dak ta’ faċilitajiet ta’ parkeġġ fir-Rabat.

Proposti oħra jinkludu l-introduzzjoni tar-raba’ vapur fuq bażi permanenti, l-fast ferry service u s-servizz ta’ ħelikopter.  

Il-Kamra tal-Kummerċ t’Għawdex qed tinsisti li jkollha baġit allokat u rappreżentanza permanenti fuq l-MCESD.

Dwar is-Saħħa, il-Gozo Business Chamber qed jitlobu impenn qawwi biex is-servizzi tas-saħħa jinżammu fuq il-livell meħtieġ tas-servizz, waqt li fl-Edukazzjoni, qed jiġi propost irwol strateġiku għal-Campus tal-Università f’Għawdex.