Il-mina fil-proġett ta’ Santa Luċija tibda tieħu l-forma

Ian Borg / Facebook

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg xerred ritratt tal-mina fil-proġett ta’ Santa Luċija, li skontu, bdiet tieħu l-forma.

F’kitba fuq Facebook dalgħodu huwa staqsa lill-pubbliku jekk jagħrafx il-post tar-ritratt.

Dan il-proġett qajjem kontroversja peress li kellhom jitqaċċtu għadd ta’ siġar fil-bypass sabiex tinbena l-mina. Twaqqaf is-Save Santa Luċija Open Spaces Network li ppropona modi alternattivi kif jittaffa t-traffiku fiż-żona minflok tinbena flyover. Kienet saret velja għas-siġar kollha li kellhom jitqaċċtu fiż-żona.