Il-mina bejn Malta u Għawdex tiġġenera miljun tunnellata skart – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li l-ammont ta’ skart tal-kostruzzjoni li se jkun iġġenerat mill-mina ta’ bejn Malta u Għawdex se jammonta għal madwar miljun tunnellata skart tal-kostruzzjoni li jfisser kważi l-ammont kollu li tiġġenera l-industrija tal-kostruzzjoni f’sena.

F’vidjow miġbud qrib barriera fl-Imqabba jidher kif barriera minnhom qiegħda tfur bl-iskart u skont il-PD din il-problema kienet traskurata għal ħafna snin għax qatt ma kien hemm pjan fuq perjodu ta’ żmien fit-tul.

Il-PD spjega li Malta se jkollha tħallas prezz finanzjarju u ambjentali għoli minħabba din il-problema u staqsa jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet li jkun hemm riċiklar ta’ dan il-iskart jew soluzzjonijiet alternattivi oħrajn.