Il-militanti Iżlamiċi jikkontrollaw iktar minn terz ta’ Kobani

Il-militanti tal-Istat Iżlamiku rnexxielhom jirbħu almenu terz tal-belt strateġika ta’ Kobani, fis-Sirja, qrib il-fruntiera mat-Turkija.
Dalgħodu ssoktaw l-attakki mill-ajru min-naħa tal-Istati Uniti, b’mill-inqas erba’ attakki oħra.
L-Istat Iżlamiku ilu ġimgħat jipprova jirbaħ kompletament il-kontroll ta’ din il-belt Kurda, fejn il-popolazzjoni qed tagħmel minn kollox biex tirreżisti.
Għalkemm fl-aħħar jiem ġiet proposta li tinħoloq żona newtrali bejn is-Sirja u t-Turkija, in-NATO għadha qed teskludi li din issir għalissa.
It-Turkija qed tinsisti li ma tistax titħalla weħidha biex tiġġieled lill-militanti Iżlamiċi.