Il-militanti Iżlamiċi jibdew jirtiraw minn Kobani

F’Kobani, fis-Sirja mal-fruntiera tat-Turkija, il-militanti tal-Istat Iżlamiku jidher li qed jitilfu ftit mill-kontroll li kienu diġà akkwistaw hekk kif qed jiżdiedu l-attakki mmexxija mill-Istati Uniti.
Skont mexxej Kurd, il-militanti qed jirtiraw minn partijiet ta’ Kobani.
Jidher li l-attakki mill-Istati Uniti diġà ħallew mijiet ta’ militanti mejta.
L-aħbar ħarġet hekk kif il-President tal-Istati Uniti u l-mexxejja tal-Ingilterra, Franza, il-Ġermanja u l-Italja qablu li għandhom jissaħħu l-isforzi kontra l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u fis-Sirja.