Il-militanti ISIS għal fuq il-lista tat-terroristi

Militanti Iżlamiċi magħrufa bħala Isis jistgħu jispiċċaw fil-lista ta’ gruppi assoċjati ma’ krimini tal-gwerra li seħħew fis-Sirja.
Din il-lista hija miġbura mill-investigaturi tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Persuni miż-żewġ naħat tal-kunflitt fis-Sirja, li ilu għaddej dawn l-aħħar tliet snin, ukoll se jispiċċaw f’din il-lista.
Militanti tal-Isis qed jikkontrollaw territorji kbar fit-tramuntana tas-Sirja kif ukoll fl-Iraq.
Dawn il-militanti jinsabu nvoluti fi ġlied mas-suldati Sirjani tal-President Bashar Al-Assad.